J’accuse turns 3

What with the electoral rush and the travel back to Luxembourg this little celebratory event has been ignored. The blog “J’accuse” turned three yesterday. The first post can be found here on the old site: “The Kinnie Generation”.

Advertisements

18 responses to “J’accuse turns 3

  1. Happy Birthday J’accuse =D
    I’ve been following every blog entry (and all the mayhem) during the past few weeks…. I’ve found them all very helpful and informative… perhaps just a little overwhelming at times.. hehe. Thank you.
    So glad everything is calming down a bit!

  2. Awguri Jacques!!! Grazzi hafna tal-opportunita li tajt lil kullhadd biex jesprimi ruhu tul dawn l-ahhar snin, specjalement dawn l-ahhar ftit gimghat.

  3. Happy birthday, j’accuse. I have always felt overwhelmed by your blogs but I still visit them regularly, as I find them of great interest.

  4. Buon compleanno, caro Jaccuse. Ma nafx jekk rajtx il-programm FARSA bondiplus tal-bierah. Gurnalizmu investigattiv fl-aqwa tieghu. Is-sinjura Gonzi, b’vena ta’ omm ta’ pajjiz, qalet x’wassalha biex tibda tibbloggja. Bondi staqsiha jekk kienx ikollha feedback fuq il-blogg u hi nfixlet ftit ghax ma hallietx kummenti jidhru! Dawret is-suggett. Imbaghad ghenha ftit ir-ragel u qal “Imma l-blogg ta’ Katie impressjonanti eh. Kemm jinqara”. All together now… HAHAHAHAHA.

  5. Félicitations! And well done for providing an unprecedented thought-provoking campaign platform.

  6. May you have another three years of better blogging.

    Stay healthy.

  7. Bloggist die hard.

  8. Claire Bonello

    happy bday jaccuse (the other claire)

  9. Congratulations – keep it up!

  10. Victor Laiviera

    As muktos annos. Jacques – may your blog remain censor-free like it is.

    Old bloggers never die – they just run out of bandwidth. 🙂

  11. Happy berdej Gakki! Ara issa li jien bdejt nitfa l-bertoons fuq dan il-blog tal-inqas dum tlett snin ohra, halli insir famuz minn fuq dahrek 🙂

  12. Happy birthday to you, happy birthday to you, happy birthday to J’Accuuuuuuuuuuuuuuse… happy birthday to you!

  13. Tanti auguri. And yeah, it’s been emotional.

  14. Pierre Farrugia

    Grazzi Jacques.

    Awguri!

  15. Gonzi mentioned that a discussion on a possible electoral law reform is on the way. If he meant that he would make sure these laws lead to better representation in parliament, then this blog will be getting a nice birthday present 🙂

  16. Prosit Jacques! Tliet snin biss? B’dak kollu li ktibt mill-Kinnie Generation ‘l hawn, kont ngħid ħamsa jew sitta. Kif jgħidu, żommha ‘l fuq!

    Hawnhekk għandek tħarbixa okkażjonali li bdejt is-Sibt li għadda – naf li ftit tard (!), imma nwaħħalha hawn għall-kronaka, wara kollox il-messaġġ jibqa’ jgħodd.

    JUM IR-RIFLESSJONI

    Għada l-elezzjoni…
    Jiena, Malti ta’ barra
    u barrani ta’ ġewwa,
    wara nofs ħajja
    f’eżilju bl-addoċċ
    nissindika mill-bogħod,
    jirriżulta
    li għada se nixħet
    għall-ewwel darba l-vot.

    Jum ir-riflessjoni…
    Passiġġata fil-Belt,
    qassata, ir-rassa
    tan-nies, paqqa
    wara paqqa,
    nieqaf ħa nieħu nifs
    fejn it-teatru mwaqqa’
    biex bilqiegħda
    il-kummiedja nosserva.

    Tant tgħallimt u tħawwadt
    mit-tagħjir u l-għajat bla għadd
    li ħsiebi rabba s-sura
    ta’ qrun iċ-ċerva…
    waqt li f’qorrigħat in-nies
    nissemma’ bejn il-partiti
    jissokta t-tpartit
    ta’ semm is-suppervja.

    Mur semma’ leħnek
    f’nofs dil-ħerba,
    frattarija u ċaqċiq!
    Għada nivvota nixtieq…

    Nivvota nixtieq,
    f’pajjiż fejn l-ilsna klubija
    ma jaħlux ta’ kuljum ir-riq
    isewdu t-triq bi mxija
    li minnha ħadd ma jfiq…

    Nivvota nixtieq,
    f’pajjiż fejn il-blu jfisser
    baħar u sema
    u xejn iżjed minn baħar u sema,
    fejn l-aħmar ma jfissirx dmija,
    fejn fil-kamra ta’ l-imtallgħa
    darba, darbtejn u mija
    jintwera u jinstema’
    kull lewn tal-qawsalla…

    Nivvota nixtieq, f’pajjiż
    fejn jesgħu l-forsi, l-aktarx,
    l-għandu mnejn, il-jalla,
    fejn nista’ nagħżel li nagħżel,
    fejn min b’fommu jwiegħed l-għasel
    ma jirfisx l-għada kull warda
    b’siequ mmarrda,
    biex fuqha jkompli jkabbar
    ix-xehda tal-ġebel misruq
    mill-għelieqi bla għeluq
    u jżid id-diqa tad-djuq…

    Nivvota nixtieq,
    f’pajjiż li nista’ nsemmi
    bla geddum u bla ċiera,
    fejn ma nibqgħux niksu l-madum
    b’daqstant simboli fiergħa,
    fejn il-ħaddiem huwa l-imgħallem,
    fejn l-għalliem ma jibżax jgħallem,
    fejn qajla jkollhom
    x’jitħabtu l-infirmiera,
    fejn it-tadam jibqa’ jkollu
    togħma ta’ tadam,
    fejn idejn min jaħrat l-art
    jiswew daqs is-subgħajn ratba
    ta’ min id-destin jiffirma f’salt,
    fejn fil-ħolm ikreh ta’ kull ħames snin
    ma nibqax nara gżiriti
    bejn ħalla u ħalla
    bħal dgħajsa bil-falla
    tbaħħar ma’ xifer belliegħa ġo
    belliegħa ġo
    belliegħa bla
    fond, bla
    qiegħa…

    Għalhekk għada jiena l-unu nixtieq nagħti
    lil min hu ħati li jbati
    il-moħqrija taċ-ċnagen,
    l-iskieken sfiqa tad-dħaħen,
    l-unu nixtieq nagħti
    lil ħija, lil sieħbi,
    lil nannti, lil qaribi,
    lis-sinjura fuq ir-radju
    itgemgem b’leħen kiebi,
    lill-furnar, lis-sajjied,
    lit-tfal jilagħbu fil-wied,
    lill-bilbla tpassi fis-skiet,
    lil dil-kilba għal niskata arja
    f’nofs il-ħamba ta’ l-ibliet,
    iżda fuq kollox, għada
    l-unu nixtieq nagħti
    lill-pittur li b’kull kulur
    tat-tavlozza jiżbogħ it-tila
    tonda, fonda, b’mitt
    tiżwiqa mogħnija,
    u kburija bħal bandiera
    fuq ras it-tripied.

  17. Pingback: Five · j'accuse

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s