Sibtijiet Flimkien (L-1 Episodju)

Merhba. Peress illi il-bloggata tieghi bil-Malti jidher li intoghgbot u peress illi d-delizzju (jew namra tieghi) ghal ilsien pajjizi qatt ma iddghajjef, qtajtha li nibda naghmel tal-inqas bloggata wahda fil-gimgha bil-vernakulari. It-titolu ta’ din ir-rubrika ser ikun l-istess wiehed ta’ dak il-programm li fin-nuqqas ta’ ghazla konna naraw fuq l-MTV nar ta’ Sibt fil-kumpanija tal-wicc imbaccac u ferrriehi bin-nuccali forma Grundig ta’ Normal Hamilton.Ilni nibbloggja sitt xhur u l-gost ma naqasx. Jidher li l-qarrejja baqghu kostanti wara li lhaqt apici ta xi 150 fil-gurnata. Ir-raguni li ghazilt l-Ingliz kien li xtaqt udjenza usa’. Dan il-ghan ftit li xejn intlahaq s’issa. Forsi ghax-is-suggett baqa’ dak ta’ Din l-Art Helwa li qajla jinteressa lil min ma ghandux x’jaqsam ma gziritna. Sadattant ilp-blogosfera qed tissawwar dejjem ahjar u niehu gost nara diskursati twal bhal ma kellu Erezija ma Guze u Gybexi f’reazzjoni ghal bloggata ta’ Mark u kummenti tal-maledett (skond xi nies) Fausto r-rivoluzzjonarju konservattiv.

L’ura ghas-Sibtijiet Flimkien. Il-programm tal-llum gentilment sponsorjat minn Bols Liquers prodott impurtat minn Wands Limited ta’ Qormi Road, Marsa (u hawn klowzupp fuq kuxxtejn Attard Previ li imbaghad jippanja bizzejjed biex ifakkrek fl-ghatsa ta’ wicca – putoff kbir). F’din ir-rubrika (kelma ohra helwa mit-televixin tat-tmeninijiet) ser nikteb bhas-soltu dwar dak li jolqotni nhar ta’ Sibt u inlesti ghall-weekend. F’Sibtijiet Flimkien ser issibu ukoll rokna (l-evoluzzjoni lingwstika ta’ rubrika mal-wasla tat-Taghna t-Tfal fil-bankijiet ta’ l-iskejjel) helwa ta’ reminixxenzi minn tfulitna. Kull min twieled bejn il-1972 u l-1977 kapaci jissimpatizza.

SouvenirsPersonalita’ tal-Gimgha – Normal Hamilton. Kapacita impressjonanti li jibdel Sibt mimli dwejjaq ghal Sibt mimli divertiment ghal familja kollha. Status symbol tar-ragel normali taht hakma Socjalista. Ma gara xejn. Kollox sabieh. Kollox bellezza. Basta tqum filghodu u ssib Sibtijiet Flimkien fuq it-tv. Ftit qabel l-ahbarijiet fejn isem il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni huwa interdett mit-tfal tal-interdizzjoni.

Fejn hi issa? – Grazziella Attard Previ. Ippartecipat fil-Miss World 1984. L-istess sena illi fiha Franza kaxkru l-Ewropej bi Platini, Rochetau, Tigana, Bossis, Genghini. Probabbli li Rochetau kien isbah minn Attard Previ. Biss biss kien jismu Dominique (isem trendy ghal zmienijiet bhal dawk – It’s Dom Jim but not as we know it).

Prodott tal-GimghaBols Liqueurs. Rokna helwa tal-Cocktail tal-Gimgha. Normal Hamilton kien jittrasforma ruhu f’somelier u jsegwi l-creme de la creme tal-wejters maltin huma u jlestu cocktail a bazi ta liqueur impost mill-isponsor. Della serie … fi zmien is-socialists ikollok tahdem b’dak li jaghtuk. Missieri kien jahdem ma Wands dak iz-zmien u konna inkunu jien u hija li nifthu l-envelopps kollha tal-kompetizzjoni u nimlew l-urna. Tghidx kemm qlajt daqqiet ta’ harta mill-pa meta ghamilt proposti frawdolenti sabiex nirbhu is-sudetta kompetizzjoni.

Riklam tal-Gimgha – Hi Spot. Kantaw mieghi. Ixtru gemmghu rigali ghal kullhadd! Rigal minn hemm rigal minn hawn rigal minn hemm rigal minn hawn…. il-Hi Spot hija xarba tajba ghal kullhadd! U x’ma tiftakarx fl-ewwel bottle dispensing machine li rajt f’hajti. Gewwa l-Hotel ta’ Cenc. Kelli xi sitt snin. Hadni missieri fid-dawra tieghu bhala spaccatur ta’ spiriti (Salesman ma Wands) u hemmhekk skoprejt il-maravilja tal-makni li taghtihom il-flus u jaghtuk il-bibita. Proprjament skoprejt li jibilghu il-flus u jibaghtuk tixxejjer bil-bozza SOLD OUT.

Hanut tal-Gimgha – Mr. Wimpy’s. Taparsi morna McDonalds. Imma le.

Film tal-Gimgha – Towering Inferno (madwar 1975). L-ewwel darba li dhalt go cinema (xi erbgha jew hames snin wara li hareg. Haduni l-Astra (Victoria) iz–ziju u l-girlfriend. Suppost kellhom jitfghuni fuq seat u noqghod niccassa lejn l-iscrin filwaqt li probabbli jitbaghbsu fid-dlam. Ghazlu film hazin ghax hlief nar ma niftakarx u bkejt kemm flaht. Spiccaw kellhom johrogu l-barra. Ma hadux ghalihom ghax ghamluni pagg fit-tieg… dak li jgorr ic-crieket. Ftit wara isseparaw. Mhux tort tieghi. Promis.

Memorja Sportiva – Hamrun Spartans. It-tmenijiet kienu taghhom u ghalhekk nibdew bihom. Issa jissieltu ghar-relegejxin ma timijiet kbar ohra bhall Furjana u l-Belt. Filwaqt li l-Marsa l-Msida u l-Pieta jikkompetu ghad-dizzy heights ta’ Away match kontra d-Dudelange.

Ghalissa daqshekk. Ibaghtulna suggerimenti ghal personalita, prodott, programm, film u sports tal-gimgha billi taghfsu fuq kummenti. Jekk ma ghogobkhomx ghiduli. Ha nbiddel.

Sahhiet.

Advertisements

13 responses to “Sibtijiet Flimkien (L-1 Episodju)

  1. Prosit tal-programm 😉

    L-uniku su??eriment li g?andi hu biex tu?a ittri Maltin g?ax e?few li jinqraw (u g?ax Malti miktub ming?ajrhom jtini f’g?ajni!).

  2. Fausto Majistral

    Jien g?andi ambizzjonijiet li nibqa’ mfakkar. Imma mhux g?al korrezzjonijiet li nag?millek fil-lingwa ta’ ?i?erun jew fuq il-kitbiet dwar il-klandestini (kif xbajt dejjem l-istess su??ett). B?ala membru tal-“?enerazzjoni So?jalista” (dawk imwielda bejn l-1971 u l-1977) irrid nibqa’ mfakkar b?ala awtorita’ fuq is-snin 80.

    Mela nibdew:

    1. Il-Moviment tal-?addiema kien mag?ruf g?all-im?abba tieg?u g?al-lingwa ta’ Dun Karm. G?alhekk fis-snin 80 l-istazzjon Malti ma kienx jismu “MTV” imma “Xandir Malta”.

    2. Il-bloggata tieg?ek kienet konspikwa bl-assenza ta’ element fundamentali fil-prgramm Sibtijiet Flimkien. Mhux qed ng?id g?al Josette Grech nie?la bil-helicopter (kos, stajt semmejtha) imma g?all-famuz “Premju Stilla” fejn stajt tirbah kaxxa gallettini tar-Rimus Riley g?al sena s?i?a.

    3. Id-diska tal-Hi-Spot kif ipprovduta minnek hija inkompluta. Tmur xi ?a?a hekk:

    Rigali, rigali, rigali g?al kul?add
    Ixtru, ?emmg?u g?ax fl-a??ar tiffrankaw
    Rigal minn hemm, rigal minn hawn
    Il-familji kollha jkantaw …
    “Il-Hi-Spot hija xarba tajba g?al kul?add”

    4. Fil-memorja sportiva imissu jkun hemm ukoll ir-Rabat Ajax ta’ Carmel Busuttil. Kienu reb?u il-Premier xi tlett darbiet fis-snin 80. X’sar minnhom illum ma nafx; g?andhom mnejn g?adhom jilg?abu fis-sitt divi?joni.

    Insomma, g?alissa dawk. Darb’o?ra inkomplu fuq programmi o?ra ?elebri b?al “Bon?u Malta” ta’ Charles Xuereb.

  3. Jacques René Zammit

    va.
    Mela MTV kien l-isem kif nirreferu ghaliha in generali. Fis-sens li ghadek tiltaqa’ ma nies li jghidulek li raw t-tali programm fuq l-MTV u jkunu jirreferughal Xandir Malta.

    Kif ga ghidt Sibtijiet Flimkien se jibda jidher kull gimgha u ghalhekk ikollna zmien bizzejjed biex nanalizzaw ir-Rabat Ajax (futbol), il-Luxol Murisan (basket), Aloysians RCR (volley) u is-Sharks (waterpolo). ma jfissirx li tali bloggata jew ohra ma hix kompluta ghax ma jissemmewx kollha f’gimgha.

    Dwar Rimus Riley, darba irbaht hamper ta prodotti taghhom permezz tal-crossword tal-=Young Falcon (it-taghna tfal bl-ingliz) izda qatt ma hadtha.

  4. Fausto Majistral

    Sorry to burst your bubble imma in zgur li l-150 hit fil-gurnata ma tellajthomx biz-zjajjar kollha li ghamilt jien lill-blog tieghek?

    ;p

  5. Jacques René Zammit

    nittama li ghandek ftit iktar x’taghmel. pero is-suspett hemm qieghed!

  6. Ir-rokna tal-cocktails dejjem kienet tkun fjakka wisq – kienu jhalltu xi nofs flixkun Kinnie ma’ grokk Kibowi (tiftakruh?) u mbaghad kien jibda t-Thundercats, l-uniku kartun li konna naraw bl-ilsien Ingliz, u safrattant missieri kien jigi lura minn Birzebbugia bic-chicken u l-fish u l-hamburgers u forsi xi Dandy li kont naqra f’zewg minuti…

  7. Jacques René Zammit

    Kibowi & Kinnie il-famuzissimu K&K. Cocktail inkredibbli illi permezz tieghu doqt l-ewwel qtar ta’ alkohol!

  8. Dwar MTV u Xandir Malta: l-istazzjon televiziv Malti qatt ma kien jismu Xandir Malta. Xandir Malta kien l-isem tal-kumpanija parastatali (li kienet parti mit-TeleMalta) li mexxiet is-servizzi tar-radju u TV statali bejn l-1977 u l-1992.

    L-istazzjon tat-TV kien jismu Television Malta – TVM. Kull referenza ghal MTV (l-istazzjon tal-Malta Television Service imwaqqaf mir-Rediffusion Group) spiccat wara l-1977.

    Fil-bidu tas-snin 80, Charles Xuereb kien ippropona l-kelma teletara flok television, imma din qatt ma qabdet. L-istess gara b’miksah ghal fridge.

  9. Jacques René Zammit

    grantit.
    pero’ jibqa’ il-fatt li generazzjoni ta’ missieri jirreferu ghalih bhala MTV (anki illum).

    Dan bhat-Telecell li ghamel certu zmien sinonimu ma’ mobile.

    Dwar teletara … boqq… bir-rata li ghaddejjin ahjar isemmuh Montescene.

  10. Fausto Majistral

    Dwar MTV u Xandir Malta: l-istazzjon televiziv Malti qatt ma kien jismu Xandir Malta. Xandir Malta kien l-isem tal-kumpanija parastatali (li kienet parti mit-TeleMalta) li mexxiet is-servizzi tar-radju u TV statali bejn l-1977 u l-1992.

    Imma fil-kantuniera ta’ l-istampa mhux “Xandir Malta” kien ikun hemm miktub?

  11. Fausto Majistral

    Stajt sibt ritratt ta’ Hamilton liebes xi haga ahjar. Qisu tal-gakketta l-blu.

  12. Iva Fausto, sew qed tghid li kien ikun hemm miktub Xandir Malta f’rokna minnhom, imma f’rokna ohra kien ikun hemm miktub TVM. Din kienet stramba hafna u dehret hekk ghal xi 5 snin biss pero. Jidhirli li kienet idea ta’ Toni Pellegrini li ried jaghmel dan ghax l-istazzjonijiet Taljani u Sqallin kollha kellhom dan it-tip ta’ ident.

    Dan l-argument simili ghal dak tal-lum vis-a-vis TVM u PBS. L-istazzjon xorta ghadu jismu TVM. PBS huwa l-isem tal-kumpanija li tmexxih.

    Jacques, mela ha naghtik bicca ohra dwar MTV kif qed tirreferi ghalih int: meta fl-1991 Malta rritornat fil-Eurovision Song Contest wara assenza ta’ 16-il sena, jiena kont il-persuna nkarigata mill-koordinazzjoni bejn l-EBU (l-organizzaturi tal-Eurovision) u Xandir Malta. Kull referenza ghall-istazzjon televiziv Malti mill-EBU kienet dejjem MTV. Dan ghax kien ghadhom ghaddejjin bl-isem li kellhom fil-files taghhom minn zmien l-ahhar darba li Malta kienet hadet sehem fil-Eurovision fis-snin 70. Ma nafx dan ghadux il-kaz illum, imma dak iz-zmien TVM ghalihom kien l-istazzjon nazzjonali Ungeriz: TV Magyarorszag.

  13. Insejtu issemmu il-Programm Bongu Malta. Hemm kienet ghamlet id-debut taghha Graziella Attard Previ. U kien hemm Mariella Scerri maghha. Graziella niftakarha is-sixth form u tghidx kemm kienet ixxejjer il-bandiera laburista fi zmien il-‘verita tal-fatti’……

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s