j’accuse

Entries categorized as ‘Sibtijiet Flimkien’

Sibtijiet Flimkien (ir-raba’ ep.)

September 24, 2005 · 1 Comment


Daniel Xuereb

Bongu Malta Awtunnali. Naqra tardiva din il-missiva ghax ghazilt li nghaddi gurnata nitghazzen jew ahjar kif jghidu il-francizi filwaqt li jisselfu frazi mit-taljan ghaddejt gurnata �dolcefarniente�. Komplejt nipprova neduka ruhi fil-kultura komika franciza u nifhem daqxejn x�jgharraxhom f�dak li ahna insejhulu kummiedja. Rajt fost l-ohrajn dvd ta� Caunes u Garcia, zewg komici tajbin u deffist ukoll nofs siegha �Friends� iddubbjat bil-Frankiz. Insomma l-gurnata ghaddiet minghajr eventi kbar u issa kif mhux ha nisma il-qniepen idoqqu s-sitta (ghax naqa� imbieghed) ftakart fl-appuntament settimanali taghna.Illum fuq il-programm ghandna mistieden barrani… Daniel Xuereb. Tghiduli forsi illi huwa xi Malti. Pero le. Dawk illi jiftakru t-tazza tad-Dinja tal-1986 li nzammet gewwa l-Messiku forsi jiftakru ukoll il bleus ta� Platini illi kienu reduci minn rebha fit-tazza Ewropea u kienu mistennija jirrepetu rwiehhom god-dinja l-gdida. Fost dan l�Equipe kien hemm ukoll il-mistieden taghna Daniel illi kien frott ta� hafna kurzita meta deher fuq l-iskrin tat-TV b�dak l-isem Malti tieghu. Takkumpanja lil Xuereb gewwa l-istudjo ghandna lill Eileen Montesin, ikona ohra taz-zmien tax-Xandir lejberista maghrufa ukoll bhala il-kamaleonte minhabba il-kapacita impekkabbli taghha li tibdel kulur ghal kull bzonn.

Waqt id-dolcefarniente tal-llum ftakart fiz-zmien tal-primarja meta waqt il-break l-oghla awtorita� dwar ir-regoli tal-ballun u l-ghazla tat-timijiet ma kenux oggettivi. Le, dawn kienu il-gurisdizzjoni ta� min kellu l-ballun. Il-provveditur tal-balla gild kien jiddeciedi min seta jilghab u meta kien hemm penalty. Ghalhekk niftakar b�mod wisq car lil Adrian Caruana Anastasi liebes it-top isfar tar-Red Devil fil-court tal-basketball tal-Kullegg Stella Maris jaghmel l-ghazla kuljum u jigbor il-ballun u jserrep �l hemm meta taqbizlu jew meta it-tim tieghu ikun qed jitlef bi score kbir wisq. Zmien iehor. Xhin niftakar f�dawn il-breaks hsiebi dejjem imur ghal Cain Pavia, habib tieghi ta� dak iz-zmien illi halliena kmieni wisq kawza ta� vizzji oxxeni li qatt ma kellhom jinbdew.

Kien ukoll bejn DVD u iehor illum illi tajt daqqa t�ghajn lis-CNN dwar dak li qed jigri fit-Texas u dak li gara fil-Louisiana. L-gharghar huma forza inkredibbli pero nahseb tahfruli jekk nghid li ma tantx staghgibt. Niftkar darba wara Parent�s Day San Alwigi konn sejrin l-ura d-dar u inqbadna f�maltempata tal-beati pawli. Kif qrobna it-tunnels ta� Regional Road ta�qabel Swieqi indunajna li t-tela� kienet mizghuda karozzi wieqfa u li l-ilma niezel minnha kinn qed jaghmel impressjoni tajba tan-Niagra Falls. Kien ghalhekk li missieri immanuvra il-karozza lejn il-Wied u lejn il-Knisja ta� San Giljan fejn kellna nabbandunaw il-vettura u nimxu t-telgha minn Spinola sa� Paceville. Ma ketnix xena, kienet oxxena. id-diskoteka abuziva Tigullio kienet faret u splodiet u l-istatwa ta� San Giljan kienet imdawra karozzi jizfnu fuq wicc ghadira ilma. Domna xi tlett kwarti biex imxejna mixja li s-soltu iddum hames minuti. Niftakarna innixxfu l-kalzetti u saqajna quddiem heater tal-pitrolju bil-borma bl-ilma bil-lumi fuqu. Evviva l-progress.

Ninterrompu il-programm biex inhabbru lill-qarrejja illi l-ajruplan Eyptair gie assedjat minn truppi elit u inhelsu xi passiggieri. Se jkolli inhallikom ghar-rokna tas-souvenirs ghax kif forsi indunajtu il-hedla tal-gurnata ma tantx ispirat. Ghal darb�ohra.

Souvenirs

Personalita tal-Gimgha: Daniel Xuereb jew Ksereb kif jghiduha huma. Laghab fit-tim olimpiku franciz gewwa dawk l-Olimpijadi tar-reklami f�Los Angeles. Intaghzel ghall-Les Bleus illi kienu kawza ta� hafna biki tieghi f�dak il-lejl fl-1986 meta permezz ta� penalty shoot out qalghu lill-Brazil ta� Socrates u Falcao izda ukoll ta� Jozimar u Bismarck.Dik il-loghba rajtha fil-Calypso Hotel go Marsalforn u niftakarni nohrog l-ahhar minn sala mizghuda nies biex nipprova nahbi d-dizappunt.

Programm tal-Gimgha: Fantastico It-tivu mill-istivale kien lahaq status ta� mit ga mill-bidu. Il-programm varieta� tal-Hadd filghaxija kien hag�ohra. Mis-sorelle Kesler sa Luis Moreno il-ventrilokwist, sal-Baudo l-ubikwituz, sa� Ciccio u Franco… kollha ghenuna insiru iktar konversant fil-banalita� mondana u ippreparawna ghac-cucati ta� dan iz-zmenijiet.

Prodott tal-Gimgha: Calciatori Panini: U liema tifel tat-tmeninijiet m�ghandux kollezzjoni wahda? Ghandi, ghandi, ghandi, m�ghandix. Kemm ittini ghal-Maradona? Imnalla ma kontx naf nitkellem hazin meta kont zghir ghax malajr kont nghidlu x�intih. Mhux sticker bhall-ohrajn jew? Jew jiswa iktar ghax jibla� d-droga…

Muzika tal-Gimgha: Shuddupayaface: Tiftakruha? Whats a matter you? Whadda ya think you say? Troppo ottanta.

Accessorji tal-Gimgha: Lampi tal-petrol, xema�, u lilo fil-karozza. Ghax id-dawl imur kull tant, u meta taghmel ix-xita� dejjem kun ippreparat.

Tim tal-Gimgha: Hsibtuni ha nghid Franza ta� Platini? Ma tarax. Ha nkun sadistiku u nfakkarkhom fl-Amburgu tat-�83. Dawk illi b�cikka kienu rebhu lill-beneamata sinjora fil-final tac-Champions. Qabel ma xi hadd jibda jidhaq infakkar li dan kien ftit qabel ma Liverpool rebhu c-Champions gewwa l-Olimpico u u kien iz-zmien meta l-Milan kienu jithabtu fis-serje B bil-goals ta� Joe Jordan jew Luther Blisset.

Hallejtkom ha mmur nara il-beneamata. Adi.

Categories: Sibtijiet Flimkien · Uncategorized

Sibtijiet Flimkien (it-tielet ep.)

September 17, 2005 · 3 Comments

Lura minn mawra sac-centru kummercjali gewwa Foetz fil-limiti tal-belt Lussemburgiza flimkien ma siehbi Owen, insellmilkom ghal din l-edizzjoni ta’ Sibtijiet flimkien. Waqt li konna niddawru bejn tinda fejn kollox kien jinbiegh ghal Ewro u c-centru Cora fejn issib kollox biex tittanta iz-zaqq u tbikki l-karus, innutajna kemm Lussemburgu ghadu pajjiz mitfugh fit-tmeninijiet. Din il-kostatazzjoni ma hix facilment spjegabbli… huwa kaz car ta’”You’ve got to be there” pero indikazzjoni cara taghha huma il-kapiljaturi stile A-Ha ta bosta zaghzagh f’dawn l-akkwati kif ukoll il-Bowling Alley li ghaddejna minnu u li ma setax ma jfakkarniex fil-Bowling Alley meta fetah (bl-iskating rink fuqu).Insomma programm divertenti iehor u illum it-tema bdiet bix-xiri u allura inkomplu hemm. Hafna qabel il-Price Club u l-iSmart verzjoni Superstore konna nitpaxxew bil-grocer. Grocer malti of course bis-sinjifikati kollha tieghu. Forsi tiftakru iz-zmien meta, filwaqt li kontu iggrampati mad-dublett tal-mummy tinsistu ghal xi cikkulata, l-istess mummy kienet tispara lista ta’ prodotti essenzjali lejn persuna li ma stajniex naraw in-naha l-ohra tal-counter u bil-mod il-mod il-qoffa tax-xiri (li ma kenitx kwistjoni ta’ moda jew ta’ funky environmentalism izda ta’ nuqqas ta plastic bags) kienet tintela. Fil-kaz tieghi din il-persuna kienet Helen tal-Bonello store li kien jinsab Paceville ftit l-isfel mis-Sundown Pub faccata ta’ fejn issa hemm Bloomers.

L-ura lejn id-dar konna nispakkjaw il-fliexken tal-halib tal-MMU (fejn jekk konna xortina tajba wiehed minnhom kellu tapp bl-ismontra roza u jkun fih milkshake tal-frawli lest). Probabbli kien ikun hemm hobza tal-malti vera, xi pakket krustini ghal mal Kafe’ u pakketti tal-pasta le Rose. L-Anchor butter, il-bovril, il-jelly tal-Foster Clarks u imbaghad il-gabra ta’ bottijiet jikkumplementaw l-ikla. Ma rridx naghti x’nifhem li konna ghaddejjin xi zmien fejn konna bil-guh izda l-ghazla kienet dik li kienet. Il-prodotti li sopravvivew il-bagitts tac-cinturin biex niftiehmu.

Iktar tard kbirna ftit u l-mummy kienet tibaghtni ghand il-London Store – xi erba bibien l-boghod mill-Misfits – fejn minhabba xoghol xi gharef fil-gvern non-vjolenti Laburista il-mahbub Mario Briffa – ghalliem eccellenti tal-Ingliz Alla jahfirlu – kien imexxi l-istore u jippuncja l-kont minn wara l-counter filwaqt li jitlob li xi rih benevoli jehlisna minn dan iz-zmien ikrah u jkun jista jerga jiddedika ruhu ghat-taghlim. Pero dejjem kellu tbissima Mario li anki f’dan iz-zmien kien jixbah lil Bettino Craxi. Dejjem xi kelma ta’ inkoraggament. M’hemmx ghalfejn tmur Franza biex issib lil Monsieur Ibrahim!

Insomma semmejna prodotti u semmejna persunaggi. U sports? Il-Hamrun habib, il-Hamrun. L-iSpartans li illum jissieltu ma timijiet ohra medjokri bhall-Furjana u l-Belt sabiex ma jaqghux ghall-injominita’ tat-tieni divizjoni. Dak iz-zmien kienu huma. L-ahwa Vella and Co li kienu saru qishom il-Juve tal-post.

Se jkolli inhallikom hesrem. Ergajt ghal Franza illejla. Ghandi festin ghan habiba tat-tfajla go Metz. Din ghada kif ghamlet operazzjoni biex tkabbar sidirha (il-habiba mhux it-tfajla). Ghadni qed nhewden ghandix nghidilha prosit jew le. Immagina “Bon Anniversaire… et complements pour tes seins… ils sont formidables!!” Naqa’ funny hux… ara jahasra kieku ghadu maghna il-Kraxi zgur kien isibli kif nohrog minnha.

Ghal darb’ohra.

Souvenirs (in black and white bhat-televixin)

Prodott tal-Gimgha: Halib tal-MMU – onestament – kemm il-wiehed intrema’ wara gurnata sajfija? Imma xi pjacir tilghab flying saucer bl-ismontra. Kien is-sehta ghal kull tifel li jkolli jimxi hafna bi tlett ifliexken meta imur jixtri. U ghada bla halib… ghax strakjaw… nahseb.

Persunagg tal-Gimgha: Mario Briffa. Ghalliem u Grocer u Filosfu. Ghalijja jissimbolizza il-hela ta zmien vjolenti. Ghalxejn nichdu li ma kenux u nghidu li l-marmalja ta Lowell huma aghar. Ghax bhal dak li qallek il-hela ta bniedem bhal dak jaghti il-bqija tal-hobz u bacon tad-Dewfresh mhix vjolenza inimmaginabbli. U jekk jersaq lejn xi skola isir blu di pelle minbarra blu di colore.

Hanut tal-Gimgha: London Store & Bonello Store: It-tnejn go Paceville. Bonello sar hanut tal-Urban Jungle dan l-ahhar. London ghadu speci ta’ store izda m’ghandux x’jaqsam mal-ispirtu tat-tmeninijiet. Illum minn dawn il-hwienet Anni Ottanta go pacevilel baqa l-Queens go Ball Street hdejn il-Briganta u l-Ghall-Kafe. Gewwa it-triq li tul it-tmeninijiet kien xieraq tissejjah Little Tripoli.

Team tal-Gimgha: Hamrun Spartans. Ma tantx kont nifhem fil-futbol lokali. Ma kelli xmin jehodni il-ground u missieri kien jehodna biss naraw lit-Tarxien Rainbows ghax Frankie l-Ghawdxi kien jilghab maghhom. Il-ftit li niftakr kien il-Hamrun ikaxkru.

Sahhiet.

Categories: Sibtijiet Flimkien

Sibtijiet Flimkien (it-tieni ep.)

September 11, 2005 · 2 Comments

Image hosted by Photobucket.com

Bongu Malta. Nilqakom ghal dan it-tieni programm fis-sensiela Sibtijiet Flimkien. Dan il-programm illum huwa gentilment migjub lilkom minn Rancheros – snack helu ghal kull okkazjoni bit-toghma tal-bacon. Maghna fil-programm llum ghandna lil Fader Hilary Tagliaferro illi illum jahdem bla waqfien fil-Kappella Millenarja izda li ghal hafna zmien kien lehen il-ballun fuq l-istazzjonijiet televizivi taghna.Niskuzaw ruhna ghall-inkonvenjent li l-programm qed jixxandar il-Hadd u mhux is-Sibt izda bhal ma tafu il-baqra milli jkollha taghtik (izda kollha kemm hi tinbiegh ….u bi prezz tajjeb). Iktar tard suppost illi ikollna kollegament mal-belt Amerikana ta’ New Orleans sabiex insegwu dak illi qed jigri lil familja emigrati Maltin illi salvaw mill-gharqa – s’issa jidher li ghad m’ghandniex linja tat-telefon izda nassiguraw lit-telespettaturi li qed naghmlu li nistghu sabiex nirrettifikaw is-sitwazzjoni. Graziella qed tghidli li probabblli ukoll li iktar tard ikollna l-Ministru tad-Dawl, Ilma u Gas (u telefonija) sabiex jipprezentalna l-essej li kitbet bintu ghall-Milied.

Nirringrazzjaw ukoll lill-qarrejja tal-kummenti helwin illi baghtulna. Infakkrukom li ir-rokna souvenirs ma hix ta’ darba biss u se tkun hemm kull gimgha bi prodott divertenti u tifkiriet ohra.

Ir-Rancheros kienu wiehed mill-ftit prodotti de luxe illi kellna access ghalihom fi zmienijiet ohra. Bhall-loacker, l-iskittles u l-opal fruits kienu it-”top end” tal-ghazla illi minn naha l-ohra kienet toffri cikkultat tad-Desserta, il-varjeta’ sbalordanti tar-Rimus u l-Catch. Prodott tad-ditta ubikwituza KP illi ghal tant snin ipprovdiet l-unika forma ta’ karawett rikk ghall-patruni tal-pubbijiet Maltin bejn Hopleaf u Blue Label. Ghal min ma jafx, il-prodotti KP huma maghmulin gewwa Staines fir-Renju Unit – il-villagg adottat ta’ Ali G.

Niftakar sew lill-ommi tohrogni niehu Kinnie u pakkett Rancheros Marsalforn. Konna immorru go bar li kien jinstab bejn fejn issa hemm il-Kartell u l-Otters. Kien ezatt qabel il-passagg zghir (Slippery When Wet) li jaghti ghall-banju tal-Isqof li kien ikun mimli fkieren ghall-qatla wara nofsinhar. Go dan il-bar li ma kellux isem fuq l-imwejjed u sigijjiet taz-zingu kont nixrob il-Kinnie bilmod (ghax sa wiehed kont tixtri) minn go flixkun bil-label multicolour. Imbaghad kont niekol ir-Rancheros illi ma kellhom gost daqs prodotti ohra li kienu jikkompetu bejniethom billi iqieghdu gol pakkett xi gugarell inutli bhal per ezempju Speedy Gonzalez tal-plastic (Dangerous if Swallowed). Forsi wara kont nixtri gelat tal-Wembley (iktar dwar dawn fi programm iehor).

Tmiem il-gimgha fi zmien il-ghaks pero kien ikun sabih. Ma kellniex Bay Streets fejn immorru jew xi Eden Century fejn nisolhu l-but ghas-silg bil-pepsi. Ma konniex ninghalqu naraw cucatta wara l-ohra forsi inkunu ahna li nirbhu xi vjagg sentimentali sabiex niltaqghu ma xi qraba imbieghda tal-passat. Le. Is-sibtijiet kienu ikunu granet ta’ xiri mizurat u kkalkula li minkejja nuqqas ta’ l-ghazla kien ikun fihom ukoll is-sabih taghhom. Fejn qatt tisma illum b’min imur il-pitkalija jixtri il-patata u t-tadam bir-ratal sabiex jiffranka? U l-Hdud? Hallik minn Bongu Malta. Xemx u xita. Quddies. Ikla ta’ nofsinhar. Dritt fil-karozza u tlaqna ghal ta’ Qali jew Pembroke u nsegwu sport jew iehor. Fis-saghtejn u nofs skiet perfett fil-karozza. Il-pa ikun qaliblu fuq Tutto il Calcio u l-ma l-ewwel taghti xeba lill-Crossword tat-Tajms imbaghad erhila taqra xi sitt ktieb gol-karozza. U ahna? Ahna konna inkun ilna li intfajna fit-tajn jew trab jew haxix fqir ta’ Ta Qali u erhilna nimitaw lil Platini, Antognoni u Pablito. Zmien fejn loghba futbol iddum ta’ l-inqas tlett sieghat. Sa’ x’hin il-pa ikun ikkalkula b’destrezza matematika u fizika xierqa ta’ premju nobel il-hin necessarju sabiex naslu d-dar ninhaslu u noqoghdu bilqieghda naraw novantesimo.

Ghall-llum daqshekk paroli… inhallikom mas-Souvenirs… tantx tiddamdmu … u bilhaqq tiskrux bil-fanta…

SOUVENIRS

Personalita’ tal-Gimgha: Fr Hilary Tagliaferro. Habrieki u gentili. Investa hafna fil-Youth Soccer. Milli nista nifhem dan insejhulu sunk costs. Nirringrazzjah talli introducieni ghas-Subbuteo u ghall-Mini Golf.

Team tal-Gimgha: Sharks Waterpolo Club. Tim issa defunt li fil-bidu tas-snin tmenin kien ir-rivali principali tal-Otters fid-dinja sportiva Ghawdxija. Moghni bi plejers kbar bhal Ganni l-Ghoxx kien ikun id-delizzju tas-sezzjoni ghawdxija li tghum fuq il-blokki (qabel il-promenade – grazzi ministru – jew kif jghid is-Sur Melh – thankyouverymuch). Ix-Sharks kienu jilghabu loghba wahda kontra l-Otters fis-sajf u kien iukun il-Classique de Marsalforn. Fil-passat Marsalforn kellu timijiet ohra tal-ballun tal-bahar – il-Hippies, id-Dolphins u s-Sea Urchins. Ismijiet iktar interessanti minn dawk Maltin zgur. Jinghad li kien jilghab ukoll Pawlu Carbonaro l-artist. Forsi s-Sur Meilak jithajjar jaghmel ftit ricerka fost is-sorsi tieghu?

Prodott tal-Gimgha: Rancheros. Qishom Bacos imma ahjar ghax iktar fini. U ma kienx ikun fihom il-mishut Rusk li nitfghu f’kollox (vide Mrs Beefy’s Burgers).

Programm tal-Gimgha: Big League Soccer. B’introduzzjoni ta’ Fr Hilary u bil-vuci ferrieha ta’ Brian Moore konna insegwu dak li gara gimgha qabel go Londra Newcastle u West Bromwich. Qatt ma kont fan kbir u qatt ma lahqu mal-gost immedjat ta’ novantesimo u l-album tal-panini. Insomma, ha tqabbel lit-taljani ma’ l-inglizi? Ara tibda.

Gazzetta tal-Gimgha: The Democrat. Fi zmien meta n-nazzjonalisti kienu nies kellhom anki gazzetta tajba bl-ingliz. Imbaghad qatghu qalbhom u hadu t-Times. Tiftakru l-ewwel pagna tad-Democrat? Ritratt full page? Tal-ostra mann.

Hanut tal-Gimgha: Magic Kiosk. Magic ma tantx izda prodott veraci lejberista. Kif tittrasforma Kiosk zghir go restorant daqs pjazza. Kemm kienet sabiha dik il-pjazzetta qabel ma saret oxxenita ta’ lenemilju. Kont inzura spiss meta missieri kien ghadu akkolit tad-ditta Saccone & Speed (imkeccija minn Malta taht il-pogrom ta’ Mintoff). Hands up min mar tal-inqas darba fuq il-helicopter ride li kien hemm biswit il-Kiosk. U xi nghidu ghas-Seven Up Float tal-genn li kellhom?

Se jkolli nieqaf hawn ghax sar il-hin tal-lunch. Infakkarkom li kull memorja u tifkira ghandha tintbat lilna direttament billi tikklikkjaw fuq replique. Ir-ritratt t’hawn fuq huwa ta’Brian Moore. Prezentatur ta’ Big League Soccer Alla jaghtih il-mistrieh.

Categories: Sibtijiet Flimkien

Intermixin

September 10, 2005 · 4 Comments

Navzaw lill-egregi qarrejja ta’ dana il-blog li minhabba imprevist mhux ikkalkulat (ghax appuntu imprevist) il-programm li kellu jixxandar illum (Sibtijiet Flimkien) ser jixxandar ghada fl-istess hin. Sadattant ser jittella programm divertenti u diverziv dwar “L-Emigrati Maltin u l-Esportazzjoni tal-Qubbajd fis-Snin Hamsin” gentilment offrut lilkom minn Gaba Ottu Diamonds u s-sigaretti Du Maurier Blu.Niskuzaw ruhna ma’ l-eghziez qarrejja taghna. U Narawkom ghada (cue: L-Innu Malti bl-Emblema ta’ Malta Socjalista).

Categories: Sibtijiet Flimkien

Sibtijiet Flimkien (L-1 Episodju)

September 3, 2005 · 13 Comments

Merhba. Peress illi il-bloggata tieghi bil-Malti jidher li intoghgbot u peress illi d-delizzju (jew namra tieghi) ghal ilsien pajjizi qatt ma iddghajjef, qtajtha li nibda naghmel tal-inqas bloggata wahda fil-gimgha bil-vernakulari. It-titolu ta’ din ir-rubrika ser ikun l-istess wiehed ta’ dak il-programm li fin-nuqqas ta’ ghazla konna naraw fuq l-MTV nar ta’ Sibt fil-kumpanija tal-wicc imbaccac u ferrriehi bin-nuccali forma Grundig ta’ Normal Hamilton.Ilni nibbloggja sitt xhur u l-gost ma naqasx. Jidher li l-qarrejja baqghu kostanti wara li lhaqt apici ta xi 150 fil-gurnata. Ir-raguni li ghazilt l-Ingliz kien li xtaqt udjenza usa’. Dan il-ghan ftit li xejn intlahaq s’issa. Forsi ghax-is-suggett baqa’ dak ta’ Din l-Art Helwa li qajla jinteressa lil min ma ghandux x’jaqsam ma gziritna. Sadattant ilp-blogosfera qed tissawwar dejjem ahjar u niehu gost nara diskursati twal bhal ma kellu Erezija ma Guze u Gybexi f’reazzjoni ghal bloggata ta’ Mark u kummenti tal-maledett (skond xi nies) Fausto r-rivoluzzjonarju konservattiv.

L’ura ghas-Sibtijiet Flimkien. Il-programm tal-llum gentilment sponsorjat minn Bols Liquers prodott impurtat minn Wands Limited ta’ Qormi Road, Marsa (u hawn klowzupp fuq kuxxtejn Attard Previ li imbaghad jippanja bizzejjed biex ifakkrek fl-ghatsa ta’ wicca – putoff kbir). F’din ir-rubrika (kelma ohra helwa mit-televixin tat-tmeninijiet) ser nikteb bhas-soltu dwar dak li jolqotni nhar ta’ Sibt u inlesti ghall-weekend. F’Sibtijiet Flimkien ser issibu ukoll rokna (l-evoluzzjoni lingwstika ta’ rubrika mal-wasla tat-Taghna t-Tfal fil-bankijiet ta’ l-iskejjel) helwa ta’ reminixxenzi minn tfulitna. Kull min twieled bejn il-1972 u l-1977 kapaci jissimpatizza.

SouvenirsPersonalita’ tal-Gimgha - Normal Hamilton. Kapacita impressjonanti li jibdel Sibt mimli dwejjaq ghal Sibt mimli divertiment ghal familja kollha. Status symbol tar-ragel normali taht hakma Socjalista. Ma gara xejn. Kollox sabieh. Kollox bellezza. Basta tqum filghodu u ssib Sibtijiet Flimkien fuq it-tv. Ftit qabel l-ahbarijiet fejn isem il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni huwa interdett mit-tfal tal-interdizzjoni.

Fejn hi issa? – Grazziella Attard Previ. Ippartecipat fil-Miss World 1984. L-istess sena illi fiha Franza kaxkru l-Ewropej bi Platini, Rochetau, Tigana, Bossis, Genghini. Probabbli li Rochetau kien isbah minn Attard Previ. Biss biss kien jismu Dominique (isem trendy ghal zmienijiet bhal dawk – It’s Dom Jim but not as we know it).

Prodott tal-GimghaBols Liqueurs. Rokna helwa tal-Cocktail tal-Gimgha. Normal Hamilton kien jittrasforma ruhu f’somelier u jsegwi l-creme de la creme tal-wejters maltin huma u jlestu cocktail a bazi ta liqueur impost mill-isponsor. Della serie … fi zmien is-socialists ikollok tahdem b’dak li jaghtuk. Missieri kien jahdem ma Wands dak iz-zmien u konna inkunu jien u hija li nifthu l-envelopps kollha tal-kompetizzjoni u nimlew l-urna. Tghidx kemm qlajt daqqiet ta’ harta mill-pa meta ghamilt proposti frawdolenti sabiex nirbhu is-sudetta kompetizzjoni.

Riklam tal-Gimgha – Hi Spot. Kantaw mieghi. Ixtru gemmghu rigali ghal kullhadd! Rigal minn hemm rigal minn hawn rigal minn hemm rigal minn hawn…. il-Hi Spot hija xarba tajba ghal kullhadd! U x’ma tiftakarx fl-ewwel bottle dispensing machine li rajt f’hajti. Gewwa l-Hotel ta’ Cenc. Kelli xi sitt snin. Hadni missieri fid-dawra tieghu bhala spaccatur ta’ spiriti (Salesman ma Wands) u hemmhekk skoprejt il-maravilja tal-makni li taghtihom il-flus u jaghtuk il-bibita. Proprjament skoprejt li jibilghu il-flus u jibaghtuk tixxejjer bil-bozza SOLD OUT.

Hanut tal-Gimgha – Mr. Wimpy’s. Taparsi morna McDonalds. Imma le.

Film tal-Gimgha – Towering Inferno (madwar 1975). L-ewwel darba li dhalt go cinema (xi erbgha jew hames snin wara li hareg. Haduni l-Astra (Victoria) iz–ziju u l-girlfriend. Suppost kellhom jitfghuni fuq seat u noqghod niccassa lejn l-iscrin filwaqt li probabbli jitbaghbsu fid-dlam. Ghazlu film hazin ghax hlief nar ma niftakarx u bkejt kemm flaht. Spiccaw kellhom johrogu l-barra. Ma hadux ghalihom ghax ghamluni pagg fit-tieg… dak li jgorr ic-crieket. Ftit wara isseparaw. Mhux tort tieghi. Promis.

Memorja Sportiva – Hamrun Spartans. It-tmenijiet kienu taghhom u ghalhekk nibdew bihom. Issa jissieltu ghar-relegejxin ma timijiet kbar ohra bhall Furjana u l-Belt. Filwaqt li l-Marsa l-Msida u l-Pieta jikkompetu ghad-dizzy heights ta’ Away match kontra d-Dudelange.

Ghalissa daqshekk. Ibaghtulna suggerimenti ghal personalita, prodott, programm, film u sports tal-gimgha billi taghfsu fuq kummenti. Jekk ma ghogobkhomx ghiduli. Ha nbiddel.

Sahhiet.

Categories: Sibtijiet Flimkien